Dan il-proġett ta’ riċerka dwar l-Iklin, twieled snin twal ilu (fl-1994) meta kont għadni kemm spiċċajt il-Form 5, u ħdimt fuqu bħala Sixth Former, u xi ftit matul l-università ukoll. Kienu l-ewwel snin mit-twaqqif tal-Kunsill Lokali ta’ l-Iklin, u s-sens u l-bżonn ta’ identità lil din il-lokalità. Fija kien interess dejjem jikber fl-istorja, u fuq livell lokali, interess lejn l-istorja tal-Iklin.

Fuq dan is-sit xtaqt naqsam din ir-riċerka. Jekk inħares lura llum, ma nistax inqisha xi kapolavur, imma fl-istess ħin naħseb li hija riċerka magħmula tajjeb għall-ġuvnott ta’ ħmistax/sittax-il sena, kif kelli meta bdejt. U għalkemm kieku llum kont niktbu fi stil aħjar, u nidħol f’dettal ta’ riċerka differenti, dak li għidt snin ilu għadu validu llum. U kultant il-perfett l-għadu tat-tajjeb: jekk nistenna li nirranġahom, nispiċċa ma nlestihom qatt. Hekk naqsam dak li diġa’ ktibt snin ilu, u bil-mod il-mod nibni fuqu.

 

Josef Mario Briffa SJ
13.02.2017


Ħajr

Nixtieq nirringrazzja minn qalbi lil dawk kollha li, b’xi mod jew b’iehor, kienu ta’ għajnuna f’din ir-riċerka – speċjalment li dawk li, meta kont ġuvnott ta’ ħmistax, raw il-potenzjal dak li xtaqt nagħmel u għamlu li setgħu biex għamluli kuraġġ u tawni palata.

  • Prof. Anthony Bonanno
  • Is-Sur Joseph Buttigieg (Sindku, 1994-1996)
  • Dun Nazzareno Caruana (Kappillan ta’ Ħal Lija, 1990-2000)
  • Is-Sur Joseph Cremona (Kunsillier, 1994-1999)
  • Is-Sur Anthony Dalli (Sindku, 1996-llum)
  • Mons. Ġużepp Fenech
  • Is-Sur Paul Gatt (Segretarju tal-Kunsill Lokali, 1994-2000)
  • Is-Sur Paul Licari
  • In-Nutar Franco Pellegrini
  • Mons. Charles Scicluna
  • Is-Sur Lewis Scicluna
  • Mons. Alfred Xuereb

 

[aġġornata 14.02.2017]

Advertisements