cropped-iklin-arma.gif
L-istemma ta’ l-Iklin [By Inkwina – Own work, CC BY-SA 3.0, https://commons.wikimedia.org/w/index.php?curid=3037455%5D
L-istemma araldika ta’ l-Iklin turi li San Mikiel Arkanġlu b’xabla tan-nar u tarka f’idejh, fuq sfond kaħlani ċar, b’sitt fjurijiet ta’ l-iklin (rosmarinus officinalis) mad-dawra. Dawn jirriflettu aspetti mill-identità ta’ l-Iklin: San Mikiel, li tiegħu hemm il-kappella antika, u l-fjur tal-iklin, il-ħaxixa aromatika li miegħu marbut isem il-lokalità.

Peress li l-Iklin mhux raħal antik u għaldaqstant m’għandux arma storika, din l-istemma ġiet stabilità bl-Att dwar il-Kunsill Lokali fl-1993.

 

 

 

Advertisements